Tuesday 14 April 2020

Virtual stage – A new projection technology that will astound your ...


Jekk Tibqa’ Ma Tiġix.

Jekk tibqa’ ma tiġix,
iċċedi l-art u jaqa’ l-edifiċċju
U bid-dwejjaq li t tħallili għandi mnejn
Li nibda nifhmek aktar.

U jekk tibqa’ ma tiġix
Ma jiġux il-predaturi
Ifittxu qalb ir-ramel
Kull pass li għamilna.

U hekk ikun dal-palk efimeru
Li fih irreċtajna l-ħajja tagħna
Xi ħaġa li stajna nagħmlu biss
Quddiem udjenza.

Alfred Grech
14.04.2020.

No comments:

Post a Comment