Sunday 5 April 2020


10 Reasons why people remain stuck in limbo after Separation and ...

Distakkat.

Distakkat nista’ npinġik kif inti
bi kliem li qatt ma lissint
nikkuntemplak bħal ikona fil-kwadru
jew meta nħares lejja stess
fil-mera.

Distakkat bħal meta
qtajt iċ-ċima
bħal meta qtajt l-irbit
u ħallejt il bastiment għal riħu
narak titbiegħed jew tersaq qrib
inkella tgħib fix-xefaq.

Distakkat nista’ nistrieħ,
nista’ nerġgħa nrabbi ’l-ġwienaħ
u nogħla ’l-fuq mis-sħab
niskandalja l-abbissi primordjali
u nterraq il mogħodijiet
tas-solitudni tiegħi.

Alfred Grech.
05.04.2020.




No comments:

Post a Comment