Friday 20 March 2020


Image result for covid malta

152.

Hu fit-tfixkil ta’ dak li jiġi l-ewwel
Li sibna ruħna nfallu u tlufniha
ix-xeħta ta’ fidili biex ħallejna
il-mostru tal-gwadann fuq rasna jitla’.
Trid aktar żmien minn tul ħajjet il-bniedem
Biex tifhem sewwasew qalb it-tagħlim
U kellha tkun il-qawwa tal-imxija
Li daħħlet il-bebbuxu ġo qoxortu
U kixfet id-dnubiet fost il-mistħija
Ta’ soċjeta’ ma tafx fejn tagħti rasha
Għax is-sisien mibnija fuq suq ħieles
Fejn dak li għandu, aktar jitkattarlu.
Illum irridu nrażżnu lilna nfusna
Iżd’għada nqumu nibnu dinja ġdida.

Alfred Grech
20/02/2020.

P.S. Miktuba fi żmien meta l-imxija tal-Covid-19 tinsab fl-aqwa tagħha.


No comments:

Post a Comment