Tuesday 24 March 2020


Image result for and striving after the wind

Ma Ntbaħtx.

Ma ntbaħtx li xejn ma baqa’ minnek
l-irmied inġarr mar-riħ
Għax kelli ħafna x’nagħmel
għaliex kont aljenat
u bħal ħaddieħor bqajt ninġarr
mal-qawwa tal-kurrenti
u s-sajf qattajtu ndoqq u niżfen.

Imbagħad xħin intbaħt li kont ħallejtna
Bqajt hawn għax ridt li nkompli nonfoħ
Il-bżieżaq tas-sapun
U niġri wara min
Ir-riħ kien eħfef minnu.

Issa li nħares tul il-lenti
Li tkabbar dak li li kien
Nintebaħ kemm inbdilt
Inkella ż-żmien bidilna
U jien bqajt hawn inġorr it-toqol
It-torċa fit-tellieqa
Mill-punt fejn ħallejt int.

Imbagħad ukoll insejt
Dak kollu li ħallejtli.

Alfred Grech
24/03/2020.






No comments:

Post a Comment