Sunday 15 March 2020


Image result for regret

Mhux int?

Mhux int mistħoqq ridt tagħmel kemm il-darba
l-imgħawweġ u li tajjeb qatt ma kien,
jew lili tgħabbi l-ġwienaħ ta’ xi anġlu
u taf li anġlu mhu se ssib imkien?

Tinkixef fuq il-perċa ddendel ġildek
ta’ dal-pjaċir mhu se jafulek ħadd,
u tgħid li taf kemm għandek biex tiftaħar
imbagħad il-ġieħ li tlift ma ġġibu qatt?

Mhux int ridt tagħmel minni ġenju mkabbar
u taf li jiena ngħanni għana fqir,
trid tħoll iċ-ċomb u mingħalik se tbiddlu
fid-deheb u tgħid li hawn sibt l-eleżir?

U issa wkoll bdejt tħares b’lenti ġdida,
malajr intbaħt li dan kien ħmar il-lejl,
Fi kliemi ġejt u lura għal li konna
stqarrejt li dan kien żball kbir ta’ bla kejl.

Alfred Grech
15/03/2020.

No comments:

Post a Comment