Saturday 21 March 2020



Image result for air bubbles

Bżieżaq tal-Arja.

Is-sena l-ġdida biddlet ħafna nies
Uħud intremew fil-fossa
Oħrajna intradmu taħt il-ġebel u t-terrapein
Tal-bini li jiġġarraf.
Mad-daqq ta’ nofs il-lejl
Mal-isparar tal-murtali
Intesew ħafna dnubiet
Intesew il-ħbiberiji.

Ħadd ma jitkellem
Fuq dak li jolqot lil-ħaddieħor
Għax jibża’ li jintlaqat
Fuq kollox għax magħhom għad imiss
Bħat-toroq tanġenzjali
Mal-għoti tal-kuntratti.

Dak li jaħbat mal-moħħ
Jistampa fuq il-karti
U jibqa’ hemm ixxukkjat.

Hemm kor ta’ min iridek hekk
Jew jisparixxik minn wiċċ id-dinja
Fin-nawfraġju tal-misteri li ntlift fihom
Lanqas il-bżieżaq tal-arja
Ma jitilgħu sa fil-wiċċ
Aħseb u ara dak li tħarebx.

Alfred Grech
21/03/2020.

No comments:

Post a Comment