Wednesday 18 March 2020



Image result for bubble economy euro

Bużżieqa.

Issa li ntbaħna li l-għana efimerali
Kapital diġitali li qiegħed biss fis-sħab
Tal-konġetturi komputerizzati
U fin-numri favolużi,
Issa ġejna daħarna mal-ħajt
U mank baqgħalna għaxja ta’ lejla.

Issa li nafu li din mhix triqtna
U wasalna f’tarf l-isqaq
U issa għandna ħajt iħares fiss f’għajnejna
X’ser nagħmlu?
Aħna xorta bqajna ossessjonati bħal ħmir bil-kappestru
Mixjin wara l-impusturi
Li jwassluna biss sa tarf l-irdum.

Issa li ġejna fi kliem il-profeti sielma
Li għollew leħinhom fost l-għajjat ta’ min iħaġġar
Li baqgħu ma nstemgħux
Bqajna m’għamilna xejn
Għax għaddejnihom bħal imġienen
Li kien għalina tfajnihom
Ġewwa manikomju
Inkella llikwidajnihom.

Issa se noħroġu ndoqqu bit-trumbetti
Tar-razziżmu u l-estremiżmu
Bħallikieku dan kollu ma kienma jidher  sa mill-bidu
Ħalli jibqa’ jiggalleġġja fuq il-mewġ
Tal-opportunita’ min lanqas u msejjaħ
Biex imexxi l-merħla.

Alfred Grech.
A18.03.2020.

No comments:

Post a Comment