Thursday 12 March 2020


Image result for isolation

Isolament.

Hemm iżolament li jġennen lin-nies
Hemm firda suspettuża
Għaliex tlifna l-kuntatt
Ma dawk li huma tagħna
Ma qrabatna
Ma dawk li huma qribna
U hemm il-biża’
Li l-għasiesa tas-saħħa tagħna
Naqsu sew minn dak li kiellhom jagħmlu.

Hemm ukoll l-istramberiji
F’dak kollu li jingħad
Bħal min jitlaq għal rieħu
U ħadd ma jista’ jzommu.
Imqar it-riħ qed jonfoħ melodija
Mqansħa.
Taħseb ukoll fl-agħar li jista’ jiġri
U tibża titkellem dwaru
Bħal ħsieb li jaħrablek
Qabel jimmażrak
Mat-tektika tal-arloġġ
Mat-taħbit tal-qalb.

Int tista’ tistaqsi li trid
Għax kull teweġiba fiha nfisha mistoqsija
U tista’ wkoll  tgħaddi ż-żmien
Mingħajr ma tistaqsi.

Issa li bdejt tibiegħed
U tinħeba f’dik l-art li tmiss mal-oċean
Li tmiss ma-xefaq
Issa tibda inti wkoll tintebaħ
Lil lihinn minn fejn tmur tinħeba x-xemx
Hemm biss il-baħħ.

U kollox jibda jsir
Bhal dik ix-xbieha li tittradixxi
Biex twaqqa’ n-nies fin-nasba.

Alfred Grech.
12/03/2020.

No comments:

Post a Comment