Sunday 22 March 2020


Image result for giullaro

Issa Daqshekk.

Għadhom ma ntebħux li issa daqshekk
li din l-art fgata
u baqgħu għaddejjin bit-teatrin.
Għadhom ma ntebħux li mhemmx
fejn tasal aktar
li fuq din l-art mixwija lanqas għadek tissaporti.
Għadhom ma ntebħux l-ekwilibristi
li l-ħabel inqatgħalhom
għax hemm il gwerra, ir-rewwixta jew ġiet l-imxija.

Xħin taqa’ x-xafra tal-giljottina
ir-ras tinfired minn mal-ġisem.

Deżert dan jirbombja l-baħħ
abbiss isejjaħ lilu nnifsu
u meta l-ilħna jibqgħu fgati
għalxejn il ħsejjes tal-kakafonija
għax jibda’ jidher sew il-ħmieġ
li kien laħaq inġemgħa.

Min ġie warajhom m’għandux il-ħila
jmidd idejħ u jaqbed jibda jiknes.

Isaltan il-ġullar vaganti
u jostoq wiċċ ir-re tal-karnival
iżd’issa s-slaten ta’ did-dinja
waqgħu huma wkoll
minn fuq il-pedestall
spiċċaw inxtarw ukoll
bħall kulħadd u ġarrewhom il-kurrenti
tat-tixbiħat u tal-ħafna kliem
li bih riedu jinsatru.

Imqar l-allat t’olimpu tgerrxu
ttarxu, għamew inkella saħansitra
tilfu d-dijadema u waqgħu ħabta u sabta
u baqgħu jitgerrbu
għax dak li riedu jgħid ma jinftiehemx
u bdew jiħfiefu wkoll mit-toqol ltal-valiġġi
u bdew jogħlew il-fuq sa saru sħab, duħħan

Għalina issa baqa’ biss il-ħrejjef,

Alfred Greh
22.03.2020.

No comments:

Post a Comment