Wednesday 11 March 2020


Image result for cloud woman

Żid id-Doża.

Żid id-doża tal-imħabba mqar bi ftit
Għal min ma jafx x’ser jagħmel bih innisfu
Għal min m’għadux  fidil jew għejja jikkumbatti
U jinħtieġlu ftit mistrieħ.

Il-ħares qiegħed hawn
U l-babaw jinsab mistoħbi
Wara l-kantuniera.

U tista’ ssum għal erbgħin jum
U tagħmel kwarantina
Iżda xorta tibqa’ ssefsef ġo widnejjja
Mill-bogħod tiegħek
Biex lilek ma ninsikx.

Kont ħallejt f’idejn ir-riħ
Iwassallek li ridt ngħidlek
Lilek li fir-riħ ma temminx.

Alfred Grech
11/03/2020.

No comments:

Post a Comment