Saturday 14 March 2020

Image result for leviathan

Skiet.

Dan huwa skiet mhux bħal kull skiet li jaqa’.
Dan huwa skiet
Li jinfed il-pulmuni
U ma kull nifs li tieħu
Tħoss it-toqol tal-ħajja
Fin-narrattiva ta’ kuljum
U s-sens ta’ ħtija
Li bih tgħabbejt.

Tgħid dan huwa skiet
Qabel ma jiġġarraf
Il-bini, is-skiet
Qabel ma jitla’ l-ajru
Is-skiet li ma tfissrux
Fejn ir-ruħ tinħeba fiha nfisha
Bħal bebbuxu?

Tgħid għad jikkrolla l-mostru
Jinfaqa’ fih innifsu
Leviathan
Bit-tentakoli tal-kartun?

Alfred Grech
14/03/2020.

No comments:

Post a Comment