Thursday 19 March 2020


Image result for looking from behinmd the bilnds

Issa Ningħalqu Ġewwa.

Issa ninagalqu ġew u nistennew
Naraw din kif ser tispiċċa
Naraw id-dinja kif tista’ tkun
Minn bejn ix-xquq tal-persjani
Mingħajr ir-ritmi ta’ kuljum
Ir-ritmi li drajna bihom.

Issa ningħalqu u nistennew
Naraw kif ser inkunu
Jekk inkunux aħjar fis-skiet tal-bebbux
li jgħaddi ħajjtu kollha jogħnos
u jekk id-dinja tkunx aħjar
mingħajr it-toqol tan-nies
li jiġġerrew bħan-nemel
tul it-toroq iffullati.

Issa ningħalqu ġew u nistennew
U nixtarru x’jista’ jiġri
Wara li l-bużżieqa li nfaħna
Tinfaqa’ f’wiċċna.

Alfred Grech
19/03/2020.

No comments:

Post a Comment