Friday 13 March 2020


Image result for isolation

Kwarantina.

Mhux il-waqt li toħroġ minn qoxortok,
Agħmel bħal bebbux
Issiġilla l- qoxra
Inkella bħas –sriep,
Oħroġ minn taħt il-ġilda.
Dan huwa l-bir
Li fiħ l-ilma tal-ħajja
Mhux il-waqt li toħroġ barra
Hemm barra hemm id-dardir
Dak li jinkwina.
Jaqtagħlek jiesek u jneħħi l-barrikati
Li jifirdu dak li int minn dak
Li m’intix.

Issa l-waqt
Li tqiegħed darek f’postha
Mhux il-waqt li toħroġ fil-miftuħ.
Hemm bżonn tal-kwarantina
Mhux mill-mard biss.
Imbagħad meta mill-ġdid nitwieldu
Jiġġedded wiċċ id-dinja
Imbagħad ikun il-waqt
Li toħroġ minn qoxortok.

Alfred Grech
13/03/2020.


No comments:

Post a Comment