Tuesday 3 March 2020


Image result for instinct paintings

Maltemp.

Il-maltemp hu sinjal ħażin
Taqlib eżistenzjali ġewwa ruħi
Għalxejn nistaqsi x’kienet il-ħamiema
Jew il-farfett li tħalla jtir
Minn warda għall-oħra.

Il-maltemp sinjal ta’ ġiri mdennes
Xkupat mil-ħolm żdingat ta’ sensi mġeżwra,
Għalxejn teħodha l-mediċina
Ma tagħmel xejn! Trid tidħol fik innifsek.

Hemm ukoll il-fissazzjoni
L-imħabba ta’ ġol moħħ
U l-ġenn tal-qalb
Hekk tibqa’ mjassar għomrok kollu. . .
għax ma tippruvax?

Alfred Grech
03/03/2020

No comments:

Post a Comment