Monday 2 March 2020


   Image result for buzzing wasp                              


Iżanżan Iż-Żmien.

Iżanzan iż-żmien il-ħin kollu
Sakemm taqtagħha xewqtek
U qatt ma tiftakar minn xhiex għaddejt
U d-dilemmi tal-għoqod li kellek tħoll.
Issa sibt ukoll il-jasar tas-sensi
Li jagħllmek it-taglim li ma tagħllimtx
Għax int għandek toqgħod lura
U bejn ħaltejn.
Ninnamra darba miegħek
U l-għada ninsik.

Imurlek l-aptit kull xħin issir
Tad-demm u l-laħam
U terġa’ ssaqsi lilek innifsek
Kif ewwilla wasalt s’hawn?

Imurlek l-aptit, iva, fit-tarf ta’ jum bħall –ieħor
Xħin tmur tinħeba x-xemx
Wara xefaq inviżibbli li jotor
Dak
U inti tibqa’ tħares fil-baħħ tal-mera.

Inwiegħedek li jiena naf x’jien nagħmel
Li jien naħseb għalina t-tneujn
U m’gġandikx minn xhiex tibża
Għax nieħu ħsieb li ma naqbżux
Ix=xifer inkella li nitbeogħdu żżejjed.

U  x’inhu ż-żejjed.?

Alfred Grech
02/03/2010.

No comments:

Post a Comment