Tuesday 17 March 2020



Image result for facing eternity
Hekk Biss Sabiħa.

Hekk biss sabiħa l-ħajja,
Bħal meta t-toroq ċimiterju
Għax ġiet il-pesta
U tiġi wiċċ imb’wiċċ mal-baħħ
Ma baqax fejn tasal aktar.

Jista’ jkun li hekk ikun
Meta tgħaddi għan-naħħa l-oħra
Mingħajr ħsejjes
Mingħajr pompa
U fuq kollox mingħajr uġiħ.

Jien nieqaf waħdi fuq saqajja
Bħal dak il-ġgant li ħares fit-tul
Qisha kienet tappa oħra
Fil-mixja lejn in-nisi
Lejn il-baħħ
Fejn xejn aktar ma jiswa’
Għax issa tgħallimt inħares
F’wiċċ l-infinit.

Alfred Grech.
17/03/2020.

No comments:

Post a Comment