Saturday 7 March 2020


Image result for solitary man

Miniex.

Miniex il-ħajt tal-kenn li qed taħsibni
iżomm l-irjieħ u l-qilla tal-kurrenti,
Miniex il-blata samma li trid fuqha
tfassal is-swar u tibni l-pedamenti.

Miniex qaddis li lilu tista’ titlob
quddiemu u taghmel wiċċek sfiq,
lanqas xi anġlu li lilek jista’ juri
mnejn għandek tgħaddi, jew issib it-triq.

Minflok jekk tħares lejja x’tista’ tara?
Xi vagabond li jterraq solitarju,
ħassieb li baqa’ qatt ma sab tweġiba
għall-mistoqsija mat-telgħa tal-kalvarju.

Jien biss għannej li saħansitra l-leħen
tilef, u dan iktar ma jgħaddi ż-żmien,
jien biss is-seħer f’dak li kont qed taħseb
li moħħok pinġa u silet minn x’imkien.

Alfred Grech
07/03/2020.

No comments:

Post a Comment